
Żewġ diski ġodda biex ipaxxulek widnejk
MT | EN
F’Jum San Valentinu din is-sena għamilt kunċert l-Offbeat li fih varajt żewġ diski “Maltin” tiegħi – Għidli Int Ja Mara, diska rock dwar imħabba li tiżvinta, u Il-Ballata tax-Xagħri, diska strumentali li ġiet imnebbħa waqt li kont qed naħdem fuq l-oħra.
Minkejja li l-ispirazzjoni kienet friska, fil-ħolqien ta’ dawn id-diski sibt ruħi ħarist lura lejn il-mużika tas-sittinijiet, u aktarx ħafna mix-xebh stilistiku ovvju li se ssib kien magħmul bi ħsieb.
Id-diski ħriġthom flimkien ma’ zine bl-isem Meta Kulma Ttini Skiet, li fih kitba, grafika u ritratti li huma parti mid-dinja tad-diska titolari. Iz-zine għadek tista’ tixtrih minn fuq Bandcamp inkella mingħand Solo Vinyl & Books jew il-lokal. Maż-zine ikollok ukoll kodiċi biex tniżżel id-diski fil-format li tixtieq (inkluż formati ta’ kwalità għolja), u ssibu nfilzat fil-qoxra tas-single ddisinjata mill-artist bravu Patarra.
Id-diski ssibuhom ukoll fis-siti tal-istreaming kollha.
EN
Għidli Int Ja Mara & il-Ballata tax-Xagħri
Two new songs for your aural delectation
On Valentine’s this year I had a gig at Offbeat in which I launched two new songs – Għidli Int Ja Mara, and the instrumental Il-Ballata tax-Xagħri, which was inspired by the latter.
Although the inspiration for these songs was fresh, in making them, I did look back to the music of the 60s as a reference, and the evident stylistic similarities that exist are amply evident to me too.
This double-A side was launched in a special zine featuring text, photos and graphics that tie in with the title track. It is housed in a single cover with artwork designed by the brilliant Patarra, and comes with a download code for both tracks. You can still purchase it on Bandcamp, from Solo Vinyl & Books, and from il-lokal.
The songs are also available on the usual streaming sites.



